ASA PR: Il-Lingwa Maltija/ The Language issue


Ritratti tal-ASA flimkien ma delegazzjoni tà Studenti fl-Istudji Maltin mal-President tà Malta.

Artiklu li deher fuq il-gurnal L-ORIZZONT fuq din il-kwistjoni.

Il-Kwistjoni tal-Lingwa
Il-kwistjoni tal-lingwa mid-dehra reġgħet tqajmet wara ħafna snin. Din id-darba l-vittma hi l-lingwa Nazzjonali ta’ pajjiżna; Il-Malti. Fl-Università ta’ Malta għandhom jiġu użati ż-żewg lingwi uffiċjali ta’ Malta. L-użu tal-Malti hu importanti ħafna għalina. Bħala Assoċjazzjoni tal-arti aħna napprezzaw il-lingwa Maltija, il-kultura u tradizzjonijiet ta’ pajjiżna ,u rridu nagħmlu minn kollox biex dawn jiġu mħarsa. Hemm ħafna korsijiet fejn l-użu tal-Lingwa Maltija hu meħtieġ għax-xogħol u għat-taħriġ. Irridu nżommu f’moħħna li l-Malti hi lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jistà jagħti l-każ li forsi l-Malti ma jiġix miktub u mitkellem kif suppost,u b’ hekk għandha ssir iktar ħidma biex il-lingwa Maltija tiġi msaħħa. L-ASA ma taqbilx mal-mod kif ġie meħud il-każ tal-Lingwa. Aħna nħossu li din hi diskriminazzjoni sfaċċata għall-istudenti. Hemm ċertu korsijiet fejn lanqas ir-riżultat ta’ Jannar ma ħareġ għas-sempliċi fatt li dawn wieġbu bil-Malti f’kors li jirrigwarda l-Malti stess.Fl-eżamijiet l-istudenti Maltin għandhom dritt jekk iridu, biex iwieġbu bil-lingwa Maltija. L-ASA se tkompli ssegwi dan il-każ u se tara li jiġi solvut malajr.

***********************************************************

The Language issue

The language question has arisen once again after a lengthy pause. This time, it’s the Maltese language, our country’s national language that has suffered. At the University of Malta, both national languages should be used. As an art association, we appreciate the Maltese traditions, culture and language and we should do our utmost to preserve them. There are a number of courses which require the use of the Maltese language. We have to keep in mind that Maltese is one of the European Union’s official languages. In reality, the language isn’t being used properly in some cases and so there should be more effort to try and strengthen the language. ASA would like to express its views against the way the language was treated. We believe that this is clear discrimination to students. Certain courses which required answers in Maltese have yet to publish their January exam results. In exams, Maltese students should have the right, if they choose to, to answer in Maltese. The Arts Students’ Association would continue to follow up on this case and make sure it is solved shortly.

Karl Littlejohn
ASA PRO